Beatitudes of a Christian Marriage

Blessed are the husband and wife

who continue to be considerate and affectionate

long after the wedding bells have ceased ringing.



Blessed are those mates

who never criticize or speak loudly to one another

and who instead quietly discuss their disagreements

and work toward solutions.



Blessed are they

who thank God for their food

and who set aside some time each day

to read the Bible and pray.



Blessed are they who love their mates

more than any other person in the world

and who joyfully fulfill their marriage vow

in a lifetime of fidelity and mutual helpfulness to one another.



Please click here to view a digital presentation.

Beatitudes of a Christian Marriage




Kredu tal-Miżżewġin

Aħna nemmnu f’Alla l-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq mhux biss is-sema u l-art,

imma fuq kollox lilna t-tnejn,

u tana lil xulxin bħala r-rigal speċjali tiegħu,

biex ninħabbu b’fedeltà għal dejjem.



Aħna nemmnu f’Ibnu Ġesù Kristu,

li b’għemilu u bi kliemu

Għolla l-livell ta’ l-imħabba bejnietna l-bnedmin,

u saħansitra qalilna

biex inħobbu lil xulxin kif ħabbna hu.



Nemmnu fih bħala dak li qalilna

li dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem,

u li fejn hemm tnejn jew tlieta miġburin f’ismu

hemm ikun Hu f’nofshom,

u allura sa jkun f’nofs il-familja tagħna,

li ffurmajna f’ismu bi żwieġ nisrani.



Aħna nemmnu fl-Ispirtu li wegħedna Ġesù,

u li tahulna tassew fil-Magħmudija, fil-Griżma u fiż-żwieġ;

il-Mulej li jagħti l-ħajja

u li jagħti lilna d-dawl u l-qawwa

biex ngħixu ż-żwieġ tagħna b’impenn, fedeltà u entużjażmu.



Aħna nemmnu fil-Knisja Kattolika,

l-akbar difensur taż-żwieġ u l-familja;

l-akbar benefattriċi tal-miżżewġin li f’idejha

Ġesù ħalla s-sagrament li jqaddes u jqawwi l-imħabba ta’ bejnietna;

sinjal tal-kura speċjali li Ġesù jagħti lilna l-maħbubin.



Aħna nemmnu fiż-żwieġ Nisrani,

garanzija tal-fedeltà dejjiema ta’ bejnietna,

ta’ familja magħquda u sabiħa,

ta’ trobbija tajba ta’ l-ulied,

ta’ ħajja qaddisa f’din l-art li twassalna għall-ħajja ta’ dejjem fis-sema.



Aħna nemmu li bl-għajnuna tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu Santu

nistgħu nkunu ġenwinament nies ta’ Alla,

nies ta’ talb Speċjalment fil-familja,

nies ta’ sagramenti l-aktar tal-Ewkaristija u l-Qrar,

u nies li nikbru kontinwament fit-tagħlim nisrani,

għall-ġid tagħna, tal-Knisja u s-soċjetà kollha.



Jgħinuna f’dan l-impenn mhux faċli imma sabiħ:

Marija u Ġużeppi,

mudelli ta’ koppja Nisranija ideali.



Amen.



Biex tara preżentazzjoni diġitali agħfas hawn .

Kredu tal-Miżżewġin


 
Copyright (C) 2010 | Disclaimer | Privacy Policy
Created and Designed by cre8solutions